Duration 3:11

IL-PN JIFTAĦAR BIX-XOGĦOL LI GĦAMEL FIL-MOLL TAĊ-ĊIRKEWWA

958 watched
0
7
Published 11 Jun 2021

ONE.COM.MT • Waqt dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista permezz tad-deputat tiegħu Chris Said, ftaħar bix-xogħol li għamel fiċ-Ċirkewwa meta kien fil-Gvern. Filwaqt li l-istess Deputat ma nnegax li sa issa għadu ma użax is-servizz tal-Fast Ferry minkejja li xorta beda jitkellem fuq is-servizz, Said bħal Bernard Grech, beda jgħodd il-ġranet tal-membri tal-Kabinett tal-Gvern. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: XTRA / ARKIVJI Il-Partit Nazzjonalista qal li fi żmienu fil-Gvern, ma xxaħħaħx biex jirranġa l-moll taċ-Ċirkewwa. Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Chris Said waqt dibattitu dwar Għawdex mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fuq il-programm Xtra. Fil-bidu tal-programm fuq is-suġġett tal-Fast Ferry, li s-servizz tiegħu tnieda fl-ewwel ta’ Ġunju, Chris Said ipprova jġaħġaħha li l-Partit Nazzjonalista wkoll ikkontribwixxa biex itejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. CHRIS SAID DEPUTAT TAL-PN “Ma xxaħħaħniex biex nirranġaw il-moll taċ-Ċirkewwa biex jiġi iktar safe.” Madankollu konvenjentament l-istess Deputat nesa jsemmi kif it-terminal taċ-Ċirkewwa li nbena taħt Gvern Nazzjonalista, ssawwar b’konkos inferjuri u bi strutturi mhux konformi ma’ standards Ewropej. Pont li sewa mal-€10 miljun u li lanqas laħqu għaddew 6 snin li ma bdewx jidhru x-xquq fl-istrutturi tiegħu, b’riżultat li kien ta’ periklu għal kull min jgħaddi minn fuqu. Jekk xejn, dan il-każ irrepeta ruħu fl-2014 fl-Isptar Mater Dei meta Gvern Laburista kien beda bi pjanijiet sabiex jibni żewġ sulari fuq l-emerġenza sabiex jiżdiedu s-sodod fl-isptar. Dakinhar ġie skopert konkos difettuż hekk kif analiżi tal-binja mill-kumpanija internazzjonali Arup kienet iwriet li l-konkrit fil-binja tal-emerġenza ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ iż-żewġ sulari. Riżultat ta’ dan ġiet stmata l-ispiża ta’ €150 miljun mit-taxxi tal-poplu biex dan il-konkos jittranġa. Madankollu Chris Said waqt l-istess dibattitu donnu kkuntenta ruħu li l-isptar ma waqax. CHRIS SAID DEPUTAT TAL-PN “L-isptar ma waqax. Qed ngħid għall-isptar Mater Dei. L-isptar Mater Dei għadu hemm u ma ntefaq xejn biex jiġi rranġat għax kienet kollha gimmick biex nippruvaw ngħidu li kien hemm problema.” Intant, hekk kif kien qed jiġi diskuss is-servizz effiċjenti tal-Fast Ferry, Chris Said inqabad jitkellem fuq xi ħaġa li għadu ma użax. Dan hekk kif tenna li qed juża s-servizz tal-Gozo Channel. Malli l-Ministru Camilleri nnota dan, Chris Said ma għamel xejn biex jinnega dak l-intqal. CLINT CAMILLERI MINISTRU “Qas biss uża l-Fast Ferry. Kif tista’ inti titkellem fuq il-Fast Ferry meta għadu ma użax il-Fast Ferry u meta eluf ta’ Għawdxin għamlu użu minnu u żgur li se jkunu qed jiġġudikaw huma.” Tul id-dibattitu ntmess ukoll is-suġġett tal-mina ta’ bejn Malta u Għawdex. Suġġett li jikkonferma u-turn wara oħra għall-Partit Nazzjonalista li għalkemm kien qal li huwa favur, issa Chris Said baqa’ jsostni li l-Partit ta’ Bernard Grech ikun biss favur wara li jsiru l-istudji kollha neċessarji. Hawnhekk, Chris Said reġa’ tenna li huwa favur referendum minkejja li kien hu stess li fl-2015, attenda u tkellem f’konferenza kontra referendum dwar il-mina. Intant bl-istess ton u rettorika ta’ Bernard Grech li qed jgħodd il-ġranet ta’ Gvern Laburista, Chris Said qal hekk. CHRIS SAID DEPUTAT TAL-PN “Dawn se jkunu t-tikketti li se jġorr miegħu meta jispiċċa minn Ministru.”

Category

Show more

Comments - 3